Wednesday, July 24, 2024

MAFA: Gowl drammatiku jagħti rebħa importanti lil San Ġiljan Saints

Aqra wkoll

Gowl fil-ħin mogħti żejjed mir-referee ta rebħa drammatika lil San Ġiljan Saints li rebħu d-derby kontra Balluta Barracudas bl-iskor ta’ 3-2.

Kienet logħba ferm mistennija bejn żewġ timijiet li riedu rebħa sabiex jibqgħu jissieltu għar-rebħ tal-kampjonat.

L-ewwel taqsima kienet kollha favur il-Cudas li skorjaw għal darba darbtejn għalkemm fit-tieni taqsima, is-Saints tjiebu tant li wara li naqqsu l-marġni tal-iskor komplew jitjiebu u ħadu t-tliet punti finali.

Jamie Moss u Anthony Bartolo skorjaw żewġ gowls sbieħ għal Balluta sabiex Matt Newton naqqas il-marġni tal-iskor għal San Ġiljan.

Fit-tieni taqsima, Andrew Mallia wettaq awtogowl favur San Ġiljan b’Artisom Prykhodzka li skorja l-gowl rebbieħ żewġ minuti fuq il-ħin regolamentari.

Referee kien Reno Galea.

Marsa St Michael kisbu t-tieni rebħa tal-istaġun u nqalgħu mill-aħħar post tal-klassifika wara li għelbu lil San Ġwann Pro Evolution Academy 2-1.

Lamin Jaiteh poġġa lill-Marsin minn fuq wara 28 minuta sabiex Tristan Perrin ġab l-iskor indaqs għal San Ġwann.

Fis-46 minuta, Marsa ngħataw penalty wara foul fil-kaxxa ta’ San Ġwann sabiex mill-11-il metru kien Nikola Neskovic li għeleb lill-goalkeeper avversarju.

Referee kien Lorry Sammut.

Fit-tieni diviżjoni, Għaxaq Wolves baqgħu għaddejjin bil-mixja pożittiva tagħhom hekk kif b’gowl f’kull taqsima għelbu lil Buġibba Club de SWAT 2-0.

L-eroj tal-Għaxqin kien is-solitu Diego Fernando Pereira li skorja doppjetta. B’din ir-rebħa, il-Wolves reġgħu fetħu tmien punti vantaġġ fuq it-tieni tim Ta’ Ġiorni Wanderers.

Referee kien Gjorgji Bitri.

Mqabba Albions kisbu l-ikbar rebħa tal-ġurnata wara li ddominaw il-konfront kontra Birkirkara St Joseph u rebħulhom 6-1.

Sa tmiem l-ewwel taqsima, l-iskor kien diġa’ 5-0 b’Calvin Agius jiskorja doppjetta filwaqt li Mohammed Bouta, Christian Dimech, Jean Alesi Spiteri u Jake Gower ukoll kitbu isimhom fost l-iskorers.

Miguel Grech naqqas l-iskor għal Birkirkara.

Referee kien Peter Abela.

Fit-tielet diviżjoni, waslet l-ewwel rebħa ta’ Kalkara Flames li għelbu lil Mosta Vikings 2-1.

Kienu l-Mostin li marru minn fuq grazzi għall-gowl ta’ Kurt Muscat sabiex fit-tieni taqsima, il-Flames dawru l-iskor favurihom wara gowls ta’ Kurt Desira u Sigmund Gatt.

Referee kien Jean Pierre Mifsud.

KLASSIFIKA – MAFA L-EWWEL DIVIŻJONI

Swieqi Braves 17, Valletta St Paul’s 16, San Ġiljan Saints 12, Balluta Barracudas 11, San Ġwann Pro Evolution Academy 10, Marsa St Michael 9, Senglea Gunners 7, Valletta Stars 6.

KLASSIFIKA – MAFA IT-TIENI DIVIŻJONI

Għaxaq Wolves 22, Ta’ Ġiorni Wanderers 14, Attard Edex Kings 12, Mqabba Albions 11, Gudja Wanderers 7, Birkirkara St Joseph , Żebbuġ Youngsters, Buġibba Club de SWAT 6.

KLASSIFIKA – MAFA IT-TIELET DIVIŻJONI

Ħal Far Titans 16, Ħamrun Amateurs 14, Naxxar Victorians 6, Kalkara Flames 5, Mosta Vikings 2

Ekonomija

Sport