Raġel sofra ġrieħi serji wara li għall-ħabta tas-2:30 p.m kien involut f’inċident li seħħ fi Blue Lagoon, Kemmuna.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Niġerjan ta’ 28 sena sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed jgħum.
Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna mill-membri tal-Emergency Response & Rescue Corps (ERRC) u ġie meħud il-Port tal-Imġarr. Hemmhekk, kien hemm ambulanza b’tim mediku li ħaditu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Bridgette Sultana ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.