Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li għall-ħabta tat-8:30 a.m kien involut f’inċident li seħħ f’residenza fi Triq Sir Andrew Cameron fil-Gżira.
Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li raġel ta’ 74 sena residenti l-Gżira, waqa’ minn fuq sellum u weġġa’.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Monica Vella ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.