Monday, May 13, 2024

Waterpolo: Birżebbuġa jirbħu logħba eċċitanti

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Birżebbuġa …….. 11

Exiles ………………8

(3-2, 3-4, 2-0, 3-2)

F’logħba eċċitanti, Birżebbuġa għelbu lil Exiles 11-8.

Għalihom spikka Keith Tanti li rreġistra poker personali. Dan filwaqt li l-aqwa skorers għal Exiles kienu Max Aquilina u Philip Paris li skorjaw tliet goals kull wieħed.

Birzebbugia rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-2, bil-goals jaslu minn Keith Tanti, Giuseppe Mannino u David Cutajar minn man-up wara li tkeċċa Timmy Sullivan. Philip Paris u Mark Fenech minn man-up, wara li tkeċċa David Cutajar, wieġbu għal Exiles.

Dawn tal-aħħar għamlu reazzjoni fit-tieni taqsima biex rebħuha bl-iskor ta’ 4-3, bl-iskorers għalihom ikunu Max Aquilina (2) bit-tieni goal jasal minn penalty, u Philip Paris (2) bit-tieni goal tiegħu jasal ukoll minn sitwazzjoni ta’ player iktar wara li din id-darba tkeċċa Neil Cassar. Keith Tanti (2) bit-tieni goal jasal minn man-up wara li tkeċċa Max Aquilina u Giuseppe Mannino, irrispondew għat-team minn nofsinhar ta’ Malta.

Birzebbugia rritornaw għar-rebħ fit-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 2-0 bl-awturi tal-goals ikunu Neil Cassar u Ryan Mock.

Huma rebħu wkoll r-raba’ sessjoni biex kisbu l-punti massimi. 

Il-goals tagħhom ġew skor­jati minn Keith Tanti minn penalty, Neil Cassar minn man-up wara li tkeċċa David Fenech, u Christian Mifsud. Jake Bajada u Max Aquilina sabu x-xibka għal Exiles.

Birżebbuġa: 1-Miguel Vassallo, 2-Julian Farrugia, 3-Neil Cassar (2), 4-Ben Grech, 5-Christian Mifsud (1), 6-Ryan Mock (1), 8-David Cutajar (1), 9-Simeon Bezzina, 10-Keith Tanti (4), 11-Giuseppe Mannino (2), 12-Miguel Curmi, 13-Matthew Sladden, 14-Gabriel Sammut, 15-Manuel Giarratana – Coach: Pierre Borg

Exiles: 1-Matthew Castillo, 2-Niall Saliba, 3-Luke Gialanze, 4-Philip Paris (3), 6-Sean Xerri De Caro, 7-Mark Fenech (1), 8-Kurt Griscti, 9-Niki Paris, 10-Jake Bajada (1), 11-Max Aquilina (3), 12-David Fenech, 13-Gianluca Borg, 14-Matteo Martellacci, 15-Liam Pursehouse – Coach: Aurelien Cousin

Referees: Mauro Luciani, Massimo Angileri

Sport