Raġel indarab wara li lbieraħ għall-ħabta tal-11:30 p.m kien involut f’inċident li seħħ f’Telgħet Gwardamanġa f’Tal-Pietà
Minn stħarriġ li sar irriżulta li raġel ta’ 34 sena minn Nepal kien waqa’ minn gallarija, għoli madwar sular.
Tim mediku ta l-għajnuna lir-raġel li ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea Sciberras li ħatret inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.