Monday, July 15, 2024

Isom joħroġ minn Mater Dei u se jittieħed l-Isptar Karin Grech għal aktar kura meħtieġa

Aqra wkoll

Isom Borg, iż-żagħżugħ Rabti ta’ 18-il sena li nhar il-21 ta’ April li għadda spiċċa jissielet għal ħajtu wara li tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’ fit-trakka f’Ta’ Qali, ħareġ mill-Isptar Mater Dei u se jittieħed l-Isptar Karin Grech għal aktar kura meħtieġa. Tat din l-aħbar tajba oħtu Semira Borg permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali.

F’dawn l-aħħar xhur bosta kienu dawk li wrew l-appoġġ tagħhom fil-konfront taż-żagħżugħ li huwa midħla sew tax-xena tal-futbol lokali. Rabat Ajax FC, it-tim li magħhom jilgħab Isom kienu ħeġġewh biex jibqa’ jiġġieled biex ikun jista’ jirkupra u jerġa’ jkun kuntent mill-ġdid.

Ekonomija

Sport