Friday, July 19, 2024

Stennew ġimgħa sħiħa ta’ sħana qawwija

Aqra wkoll

Mil-lum sa nhar it-Tnejn li ġej pajjiżna se jkun qiegħed jesperjenza mewġa ta’ sħana u għalhekk wieħed għandu joqgħod ħafna attent fil-ħinijiet li joħroġ barra.

Skont is-sit l-aġġornament tat-temp, illum it-temperatura laħqet it-33°C, filwaqt li għada tinżel ftit u tilħaq il-31°C. Imbgħad l-Erbgħa terġa’ togħla għal 33°C, filwaqt li l-Ħamis u l-Ġimgħa tkompli togħla għal 34°C.

Is-Sibt u l-Ħadd tinżel ftit biex tilħaq it-33°C filwaqt li t-Tnejn imbgħad tilħaq il-31°C. L-UV index se jkun qiegħed ilaħħaq 10 filwaqt li t-temperatura tal-baħar mistennija titla’ għal 23°C.

Il-Ħadd filgħaxija mistenni li jitqawwa r-riħ u tila’ għal forza 5 mill-Punent Majjistru.

Gordon Grech mis-sit l-aġġornament tat-temp jikteb biex kulħadd joqgħod attenti minn din il-mewġa ta’ sħana u wieħed joqgħod attent ukoll minn ħafna ħin għar-raġġi tax-xemx speċjalment ħdejn il-baħar u aktar u aktar fuq il-baħar.

Ekonomija

Sport