Tuesday, December 24, 2024

Isqfijiet urtati wara li Papa Franġisku m’aċċettax stedina għal ftuħ ta’ Notre Dame

Aqra wkoll

Diversi Isqfijiet li tkellmu mal-midja internazzjonali qalu li jinsabu urtati li Papa Franġisku mhux se jattendi għal ftuħ tal-Katidrall Notre Dame fiċ-ċentru ta’ Pariġi u dan għax se jkun qiegħed jagħmel żjara Appostolika fil-gżira ta’ Korsika.

Kien nhar is-Sibt li għadda li stqarrija tal-Vatikan qalet li Papa Franġisku mhux qiegħed jaċċetta stedina tal-President Franċiż Macron biex ikun hu li jiftaħ in-Notre Dame. Kien fl-2019 meta dan il-Kaditrall kien inħakem minn nirien kbar u mill-ewwel beda r-restawra tiegħu. Wara ħames snin, issa se jkun qiegħed jerġa’ jinfetaħ mill-ġdid għal pubbliku fejn mistenni li jkun hemm ċelebrazzjonijiet kbar fil-kapitali Franċiża. Il-ftuħ mistenni li jsir fis-6 ta’ Diċembru.

Iżda minekjja li l-Papa dakinhar m’għandu l-ebda appuntament barra l-Vatikan, għażel li ma jaċċettax din l-istedina biex b’hekk ikun jista’ jmur Korsika fil-15 ta’ Diċembru fejn mistenni jżur il-kapitali Ajoccio.

L-Arċisqof Eric de Moulins-Beaufort ġie kwotat jgħid fil-midja minkejja li xtaq li Papa Franġisku jkun preżenti għal ftuħ, l-istilla għal dan il-ftuħ hu n-Notre Dame nnifsu.

Kelliem għall-Papa qal li dan mhux insult lejn Franza, iżda Franġisku jemmen li kieku attenda kien se jtellef mill-punt importanti ta’ din l-attività li ċ-ċentru tiegħu għandu jkun Notre Dame.

Ekonomija

Sport