Sunday, December 22, 2024

Isqof Emeritu Awstraljan arrestat fuq akkużi ta’ stupru

Aqra wkoll

L-Isqof Awstraljan Christopher Saunders ġie akkużat bi stupru u b’sensiela ta’ reati sesswali, bil-vittmi kienu jinkludu wkoll it-tfal. Ir-raġel ta’ 74 sena ġie arrestat f’Broome matul il-jum tal-Erbgħa, wara investigazzjonijiet li kienu ordnati mill-pulizija tal-Punent tal-Awstralja u mill-Papa.

Huwa se jkun qed jitressaq il-Qorti tal-pajjiż fil-jiem illi ġejjin. Huwa jinsab mixli b’żewġ akkużi ta’ stupru, 14-il akkuża ta’ attentat għall-pudur u tliet akkużi b’rabta ma’ każ li jinvolvi tifel, waqt li hu kien qiegħed jokkupa kariga għolja.

Qed ikun irrapportat li l-allegat reati seħħew f’erbat ibliet differenti fl-Awstralja stess u jmorru lura għas-snin bejn l-2008 u l-2014. Minbarra l-Kardinal George Pell, li kien intbagħat il-ħabs iżda mbagħad kien illiberat, Saunders huwa l-aktar uffiċjal Kattoliku anzjan fil-pajjiż li ġie akkużat b’reati sesswali fuq it-tfal.

Fi stqarrija, l-Isqfijiet Kattoliċi Awstraljani wegħdu li se jkunu qed jikkoperaw mal-pulizija u stqarru li l-akkużi kontra Saunders kienu serji ħafna u ta’ dieqa, speċjalment għal dawk li għamlu l-allegazzjonjiet.

“Huwa tajjeb u xieraq, u tabilħaqq meħtieġ, li l-allegazzjonijiet kollha jiġu investigati bir-reqqa,” qal l-Arċisqof  Timothy Costelloe.

Ekonomija

Sport