Wednesday, July 24, 2024

Il-Eurostat tikkonferma li Malta kellha żieda fil-paga minima

Aqra wkoll

Il-Eurostat, l-uffiċċju tal-Istastika tal-Unjoni Ewropea, f’rapport li ppubblika dan l-aħħar, ikkonferma li mill-2014 lil hawn, f’pajjiżna il-paga minima għoliet b’29%

Fir-rapport ħareġ ċar li l-paga minima f’Malta l-paga minima għoliet għal €925.34 fix-xahar wara li l-Gvern ħabbar li kien se jirrevedi dan l-ammont. F’Ottubru li għadda, qalb sfidi kbar tal-għoli tal-ħajja, il-Gvern qal li se jaħtar ‘Low Wage Commission’ biex tiżdied il-paga minima minn €192.73 fil-ġimgħa.

L-Eurostat tgħid li l-paga minima Maltija fil-bidu tal-2009 kienet ta’ €634.88 u ħames snin wara, din għoliet bi 13% għal €717.95. Matul dan il-perjodu, pajjiżi bħas-Slovenja u Spanja qabżu lil Malta.

Sal-bidu tal-2023, il-paga minima kienet għoliet għal €835.16 iżda fid-dawl tal-għoli tal-ħajja minħabba bosta fatturi fosthom il-gwerra fl-Ukrajna, numru ta’ unjins u NGOs appellaw lill-Gvern biex jirrevedi dan l-ammont biex jirrifletti aktar iċ-ċirkostanzi tal-lum il-ġurnata.

Min-naħa tagħha, l-unjin tal-ħaddiema, il-General Workers’ Union kienet ipproponiet li skont il-kalkoli tagħha, il-paga minima f’Malta trid togħla għal imqar €286 fil-ġimgħa.

Ekonomija

Sport