Il-winger ta’ Montepellier Issiaga Sylla sar jaf minuti qabel il-partita li t-tim tiegħu kellu kontra Nantes li mietet ommu.
Il-plejer mill-Guinea ma qal xejn lil ħadd u lagħab normali din il-partita tul id-90 minuta kollha. Fil-fatt it-tim tiegħu rebaħ 3-0 barra minn daru.
Fi tmiem il-partita, Sylla nfaqa’ jibki u sħabu marru jaraw xi ġralu u qalilhom dak li kien għadu kemm inqala’.
Bosta faħħru d-deċiżjoni ta’ Sylla filwaqt li fuq is-siti soċjali ħafna tawh il-kondoljanzi.