Monday, July 13, 2026
Home Sport Luis Suarez protagonista għal Gremio

Luis Suarez protagonista għal Gremio

0
390

Luis Suarez kien protagonista għal Gremio fil-kampjonat Brażiljan meta skorja gowl u wettaq assist fir-rebħa ta’ 3-1 li kellhom kontra Internacional.

Din kienet logħba ferm delikata għal Gremio li minkejja kollox ħarġu rebbieħa minn dan il-konfront biex issa jinsabu fid-disa’ post tal-klassifika bi 11-il punt.

Mill-banda l-oħra, Flamengo immexxija minn Jorge Sampaoli għelbu lil Corinthians 1-0 sabiex baqa’ jżomm il-ħames post tal-klassifika.