Wednesday, April 24, 2024

Issir il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Viola Club Malta

Aqra wkoll

Il-Viola Club Malta laqqa’ l-membri tiegħu għal-Laqgħa Ġenerali Annwali nhar il-Ħadd 2 ta’ Ottubru. Waqt din il-laqgħa, il-Kumitat tas-supporters club tal-Fiorentina pprovda dettalji dwar il-ħidma tiegħu matul l-aħħar tnax-il xahar kif ukoll ta ħarsa lejn dak li huwa mħejji għall-istaġun li ġej.

Il-Klabb ħabbar li matul is-sena li ġejja se jkun qed jiffoka l-ħidma tiegħu fuq iċ-ċelebrazzjoni tal-55 sena mit-twaqqif tiegħu. Fost l-oħrajn qed isir xogħol preparattiv li se jwassal għall-pubblikazzjoni ta’ ktejjeb kommemorattiv rigward l-istorja tal-Viola Club Malta. Ingħataw dettalji wkoll dwar kif il-klabb fi ħsiebu juża aħjar ir-rikonoxximent tiegħu bħala organizzazzjoni volontarja.

Matul il-laqgħa, il-kelliema stqarrew ir-rieda tagħhom li l-Klabb jibqa’ jżomm relazzjoni tajba ħafna kemm mal-ACCVC (Assoċċjazzjoni li tgħaqqad il-Viola Clubs kollha li hawn madwar id-dinja) u kemm mal-ACF Fiorentina.

Fi tmiem din il-Laqgħa Ġenerali Annwali, ġew ikkonfermati l-membri li se jiffurmaw il-Kumitat għas-sentejn li gejjin. Tmien membri kienu kkonfermati mill-kumitat preċedenti filwaqt li s-Sur Alfred Stafrace rritorna fil-Kumitat. Il-President, is-Sur Darren Micallef ġie kkonfermat bħala President tal-klabb għall-perjodu 20222-2024, u dan b’ approvazzjoni ta’ dawk kollha prezenti.

Sport