Tuesday, September 24, 2024

Issir it-tieni edizzjoni tal-EquestriMalta Awards

Aqra wkoll

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġew organizzati l-EquestriMalta Awards fejn ġew ippremjati numru ta’ individwi li jipprattikaw dan l-isport.
B’kollox tqassmu 22 unur fi tliet kategoriji differenti fl-isport tat-trott, polo, show jumping u dressage.
Din kienet ukoll it-tieni edizzjoni li saret f’lukanda ewlenija f’Buġibba u li fiha attendew l-ogħla uffiċjali ta EquestriMalta fosthom iċ-Chairman John Huber u l-Kap Eżekuttiv Max Zammit. Kien hemm ukoll il-preżenti il-Ministru tal-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni Dr Clifton Grima li wkoll qassam xi unuri u indirizza lill-mistiedna u t-telespettaturi.
Sadanittant dawn kienu r-rebbieħa tal-kategoriji kollha:

EQUESTRIAN

Dressage Champion (Senior) – Thomas Xuereb

Dressage Champion (Junior) – Emily Scicluna

Show Jumping Champion (Senior) – LuanaMarie Micallef

Show Jumping Champion (Junior) – Shyanne Cefai

Overall Champion (Senior) – Thomas Xuereb

Overall Champion (Junior) – Shyanne Cefai

International Breakthrough First entry for Malta in the European Championships – Kendra Li

Lifetime Achievement Award – Margot Draper Dalli

POLO

1. Best Groom 2023 – Joseph Farrugia (In-Norman)

L-aktar plejer ta’ valur maskili 2023 – Greg Gera

L-aktar plejer ta’ valur femminili 2023 – Petra Vella

Iż-żiemel bl-aqwa wirjiet fis-sena 2023 – Tequila Lambo – Sid: Ivan Borg

L-aqwa plejer 2023 – Martin Arrigo

Lifetime Achievement Award – Philip Wismayer

TROTT

L-aqwa sewwieq 2023 – Cherise Farrugia

Fair Driving Award – Anton Cassar

L-aqwa sewwieq promettenti – Nelson Azzopardi

L-aqwa Finish- Elitlove Pasmarick

Iż-żiemel bl-aqwa wirjiet fis-sena 2023 – Crack Money

L-aqwa sewwieq – Rodney Gatt

Unur speċjali għar-rebħ tal-kampjonati Ewropej tal-Apprendistat – Jeanclaude Pace

Lifetime Achievement Award – Frencu Cassar

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport