Saturday, December 28, 2024

Issofri ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vettura fil-Furjana

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mara Ċiniża sofriet xi ġrieħi wara li aktar kmieni għal xi t-3:30 p.m kienet involuta f’ inċident tat-traffiku fi Triq Santa Anna, il-Furjana.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li mara Ċiniża ta’ 31 sena li tgħix il-Ħamrun sfat milquta minn karozza ta’ tip Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 22 sena residenti il-Belt Valletta.

Il-mara ngħatat l-assistenza minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard hi ġiet ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport