Il-Funtana tat-Tritoni li tinsab fil-Belt Valletta, għalqet 63 sena minn meta bdiet topera għall-ewwel darba.
Kien propju s-16 ta’ Mejju 1959 meta din il-funtana nxtiegħlet għall-ewwel darba.
Din l-istess Funtana ġiet irrestawrata fl-2017 u sena waħda saret l-inawgurazzjoni.
Il-paġna ‘Malta Audio Visual Memories’ xerrdet filmat fuq Facebook sabiex tfakkar dan l-anniversarju. Il-filmat iffoka fuq xeni li jfakkru l-bidu tal-funtana fil-Belt, u lejn l-aħħar tal-filmat ma setax jonqos li jintwera l-istat li tinsab fih il-funtana llum.
It-Tritoni kienet u għadha popolari ma’ bosta Maltin kif ukoll mat-turisti li jżuru pajjiżna.