Thursday, April 25, 2024

It-Taljan Enea Bastianini jirbaħ il-Moto GP ta’ Franza

Aqra wkoll

Enea Bastianini kiseb it-tielet rebħa tal-istaġun tal-Moto GP 2022 meta ttrijonfa f’dak ta’ Franza, fiċ-ċirkwit ta’ Le Mans, wara li Francesco Bagnaia, li kien qed jillidja għal bosta ħinijiet, ikkraxxja. 

Is-sewwieq ta’ Gresini attakka lil  Bagnaia meta kien fadal seba’ dawriet qabel ma s-sewwieq tad-Ducati kellu l-aċċident sfortunat.

Eventwalment  Bastianini għeleb l-isfida ta’ Jack Milleri b’2.7 sekondi biex temm fl-ewwel post. 

L-isfortuna ta’ Bagnaia offriet lill-Franċiż, Fabio Quartararo, opportunità biex jitla’ fuq il-podju. Iżda Aleix Espargaro ta’ Aprilia, li kellu prestazzjoni formidabbli, għelbu għat-tielet post biex fl-istess waqt naqqas id-distakk tiegħu fil-klassifika ġenerali għal erba’ punti. 

Infatti l-klassifika ta’ fuq taqra: 102 – Fabio Quartararo; 98 – Aleix Esparago; 94 – Enea Bastianini; 69 – Alex Rins; 62 – Jack Miller

Sport