Wednesday, December 25, 2024

It-tabella tat-30 km/hr tapplika għal billejl BISS minħabba sigurtà waqt ix-xogħlijiet

Transport Malta tiċċara dwar it-tabella taħt il-mini ta' San Ġiljan

Aqra wkoll

Transport Malta qiegħda tiċċara li t-tabella li tpoġġiet taħt il-mini ta’ San Ġiljan tpoġġiet b’mod temporanju, hekk kif matul l-iljieli li ġejjin se jkun qiegħed isir xogħol ta’ manutenzjoni fl-imsemmija triq.

It-tabella hija waħda temporanja għal waqt li jkunu qed isiru x-xogħlijiet. Intant, l-veloċità ta’ 60km fis-siegħa tapplika għall-kumplament tal-ġurnata hekk kif ix-xogħol se jkun qed isir bil-lejl biex jiġi evitat kull inkonvenjent.

Transport Malta kkjarifikat dan b’reazzjoni għal ħafna spekulazzjonijiet fuq il-midja soċjali wara li fost l-oħrajn kien hemm bosta li lmentaw li din kienet mossa li se żżid il-konġestjoni tat-traffiku u żieda f’dawk li jiġu mmultati.

Ekonomija

Sport