Tuesday, December 24, 2024

It-Tabib Malti rraportat nieqes fl-Afrika t’Isfel instab

Aqra wkoll

It-tabib Malti ta’ 29 sena, Stefano Corso, li ġie rrapurtat nieqes f’Capetown, l-Afrika t’isfel, fejn kien qiegħed jattendi għal konferenza medika nstab qawwi u sħiħ.

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ta’ Malta qed jinvolvi lill-Konslu għal Malta f’CapeTown biex jagħti l-assistenza kollha meħtieġa biex fil-mument opportun it-Tabib Stefano Corso jiġi lura Malta.

F’dan l-istadju ma ngħatawx aktar dettalji dwar x’kien ġara biex Corso ma rritornax wara li ħareġ minn seminar biex iwieġeb il-mobile.

Aktar kmieni: Tabib Malti rraportat nieqes fl-Afrika t’Isfel

Il-Pulizija tal-Afrika t’Isfel f’avviż li ħarġu ftit tal-ħin ilu qegħdin jitolbu l-għajnuna tal-pubbliku wara li Stefano Corso ġie rrapportat nieqes.

Corso hu tabib u għandu ċittadinanza Maltija. Jirriżulta li t-tabib kien fil-pajjiż biex jattendi seminar fil-gżira ta’ Paarden meta għal xi raġuni ma deherx aktar.

Skont informazzjoni li għandha l-pulizija jirriżulta li Corso ħareġ mis-seminar jirrispondi l-mobile u baqa’ qatt ma daħal lura.

L-aħħar li deher kien il-bieraħ għall-ħabta tat-3.35pm.

Ekonomija

Sport