Monday, May 13, 2024

Iweġġa’ gravi wara ħabta f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Raġel sofra ġrieħi wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-6:30 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-Mosta f’San Pawl il-Baħar.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħey ħabta bejn vann Toyota misjuq minn mara ta’ 48 sena residenti San Pawl il-Baħar u mutur Kymco Agility misjuq minn raġel ta’ 50 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard irriżulta  li sofra minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport