Saturday, December 21, 2024

It-taħdidiet bejn l-Air Malta u l-bdoti estiżi b’ġimgħa bil-għan li ma jintilfux impjiegi

Aqra wkoll

Il-perjodu għat-taħditiet bejn il-linja tal-ajru nazzjonali Air Malta u l-bdoti ġie estiż b’ġimgħa, b’taħditiet intensivi se jibqgħu fis-seħħ bil-għan li jinstab qbil- bejn iż-żewġ partijiet u jiġu evitati telfien ta’ impjiegi.

L-unjin li tirrappreżenta l-cabin crew ukoll ngħatalha estensjoni taż-żmien sal-14 ta’ Mejju li ġej biex jinstab ftehim mal-linja tal-ajru.

Bħala riżultat tal-pjan tagħha għall-perjodu wara l-pandemija tal-Covid-19, liema pjan se jkun qed jestendi sa tmiem is-sajf tal-2023, l-Air Malta se tkun qed tinħtieġ minn aktar ħadiema milli oriġinarjament kien maħsub. Hemm il-ħsieb ukoll li sas-sajf tas-sena li ġejja tibda topera ħames ajruplani, minflok it-tnejn li oriġinarjament kien maħsub li jintużaw.

Bil-pjan li trid tattwa, l-Air Malta se tkun qed tinħtieġ 62 bdot, u 125 cabin crew, mis-26 bdot u d-49 cabin crew li kien maħsub inizjalment.

Ekonomija

Sport