Saturday, December 21, 2024

It-taħditiet f’COP26 ikomplu wara nuqqas ta’ ftehim

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

It-taħditiet fis-summit tal-COP26 fi Glasgow jibqgħu għaddejjin wara nuqqas ta’ qbil fuq firxa wiesa’ ta’ sfidi minn dawk involuti fl-istess taħditiet. Fost affarijiet oħra, hemm nuqqas ta’ qabil dwar is-sussidjar fuq il-fossil fuels u sapport finanzjarju għal pajjiżi li jwettqu żvilupp ta’ tranżizzjoni fejn tidħol l-enerġija.

It-taħditiet tal-aħħar ġimagħtejn kienu pjanati li jwasslu għal qbil għal mod ta’ kif id-dinja setgħet tipprogressa lejn l-mira tal-Ftehim ta’ Pariġi. Dan kien maħsub li seta’ jillimita t-tibdil fil-klima għal 1.5 gradi, iżda l-mexxejja jidher li għadhom ferm ’il bogħod li jilħqu qbil minħabba raġunijiet oħra bħalma huma s-swieq tal-karbonju.

Min-naħa tiegħu l-President tal-konferenza, Alok Sharma talab lill-pajjiżi jagħmlu l-aħħar sforz biex ikun jista’ jintlaħaq qbil  biex flimkien ikunu jistgħu jrażżnu t-temperatura tad-dinja milli togħla b’riżultati divastanti għall-pjaneta kollha.

Dalgħodu mistenni jiġi żvelat abbozz rivedut biex jagħti spinta lil dan l-aħħar rawnd ta’ taħdidiet li skont rapporti, mhux eskluż li jtawlu sal-Ħadd. Barra minn hekk mhux eskluż li din l-estensjoni ta’ taħdit ma twassalx għal qbil bejn il-partijiet involuti.

Ekonomija

Sport