Thursday, March 28, 2024

“Il-PN qal li l-gvern ikkupjah, issa qed jgħid li hu kontra l-liġi tal-kannabis” – il-PL

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista ikkonkluda diskussjoni fid-dettall tal-abbozz ta’ liġi dwar l-użu tal-kannabis u fi stqarrija maħruġa minnu qal li huwa kontra dan l-abbozz.

Intant fi stqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista ntqal li l-Grupp Parlamentari tiegħu jqis l-abbozz kif propost mill-Gvern bħala wieħed li ser joħloq in-normalizzazzjoni u ż-żieda tal-abbuż tad-droga f’pajjiżna.  

Skont il-PN dan l-abbozz kif propost mill-Gvern ma jagħti l-ebda protezzjoni u għajnuna lill-persuni vulnerabbli li jaqgħu għall-vizzju tad-droga u ma jagħti l-ebda għodda legali ġodda u aktar effettivi biex jiġi miġġieled it-traffikar tad-droga.

Qal ukoll li l-Parlament għandu jilleġiżla biss biex tissaħħaħ is-soċjetà Maltija u m’għandu qatt jintuża minn partit politiku biex lejliet elezzjoni ġenerali joħloq diversiv minn fuq issues li huma tassew urġenti għal pajjiżna.

Intant b’reazzjoni għal dan il-Partit Laburista qal li din l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista hi sintomatika ta’ partit b’kap fi kriżi mingħajr ebda sens ta’ tmexxija. 

Sostna li xahar ilu Bernard Grech qal li l-Gvern ippreżenta abbozz ta’ liġi ġdid ibbażat fuq dak li qal hu iktar qabel u li l-Gvern ikkupjah biex issa qiegħed jgħid li hu kontra.

Il-PL tenna jgħid li d-dibattitu dwar il-liġi tal-kannabis issa jsir fil-Parlament u l-bżonn ta’ din ir-riforma jkompli jkun spjegat fid-dettall. 

Ekonomija

Sport