Rapport fil-midja internazzjonali qegħdin jirraportaw li l-grupp tat-Talibani ħarġu permess speċjali lill-irġiel biex ikunu jistgħu jsawtu lin-nisa u lit-tfal sakemm “ma tinkiser l-ebda għadma jew ikun hemm qtugħ fil-ġilda”
Dan il-permess ġie ffirmat mill-mexxej tat-Talibani u issa l-irġiel jistgħu jsawtu lin-nisa u lill-uliedhom kemm iridu. Iżda fl-istess permess dawk l-irġiel kollha li jsawtu lil marthom jew lill-uliedhom u jiksrulhom xi għadma jew iwettqu xi qtugħ fil-ġilda jistgħu jiġu kkundannati sa 15-il sena ħabs.
Biex jingħataw din is-sentenza n-nisa għadhom jipprovaw dan kollu quddiem il-Qorti.

