Sunday, December 22, 2024

It-Taliban jgħid li t-tfajliet se jerġgħu jirritornaw fl-iskejjel sekondarji

Aqra wkoll

Il-Ministru tal-Affarijiet Interni tal-Afganistan ta x’jifhem li t-tfajliet se jkunu qed jitħallew jirritornaw fl-is­kejjel sekondarji. Kelliemi għall-Ministeru tal-Intern qal ma’ Al Jazeera li d-data eżatta ta’ meta se jseħħ dan għadha mhix magħrufa u din tkun imħabbra mill-Ministeru għall-Edukazzjoni. 

Wara l-ħakma tat-Taliban ġewwa l-Afganistan, it-tfal­jiet kienu ngħataw l-ordni biex jibqgħu d-dar sakemm jiġi stabbiliet “ambjent sigur ta’ tagħlim”. Min-naħa l-oħra s-subien ta’ kull età u bniet li jattendu l-iskejjel tal-primarji jistgħu jattendu l-iskola. 

L-esklużjoni ta’ tfajliet mill-iskejjel kienet nisslet biża’ fost bosta hekk kif ħafna ħasbu li t-Taliban se jkun qiegħed jerġa’ jirritorna għall-politika tiegħu tas-snin 90 meta dakinhar in-nisa u tfajliet ma kinux jitħallew jistudjaw jew jaħdmu. 

Iżda skont l-kelliemi msemmi iktar kmieni, jidher li huwa imminenti li t-tfaljiet u għalliema nisa jitħallew ikomplu għaddejjin b’mod normali. Meta f’Awwissu li għadda t-Talibani kienu ħadu l-kontroll tal-pajjiż huma kienu qalu li se jonoraw  id-drittijiet tan-nisa kollha. Iżda l-azzjonijiet li wettqu minn dakinhar ’il hawn bagħtu sinjali dubjużi lill-komunità internazzjonali, ewlenija fosthom kien hemm l-formazzjoni ta’ kabinett magħmul minn irġiel biss.

Ekonomija

Sport