Friday, April 19, 2024

“Huwa ċar li għall-PL jimporta biss kif se jasal għall-elezzjoni ġenerali”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fir-replika tiegħu għall-Budget 2022, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech reġa’ sostna li dan kien budget għal-lum biss u li jinsa li hemm għada. Qal li huwa ċar għal kulħadd li għall-Partit Laburista jimporta biss kif se jasal għall-elezzjoni ġenerali però għan-nies jimporta ferm aktar kif se naslu għas-sena d-dieħla u għas-snin ta’ warajha.

Huwa beda d-diskors tiegħu billi qal li l-viżjoni tal-PN hi waħda ċara u mhux ikkumplikata. Qal li: “irridu li kulħadd f’dan il-pajjiż sabiħ tagħna jkollu aktar ħin għalih u għall-familja tiegħu. Magħna se taħdem kemm trid u taqla’ aktar ukoll. Imma rrid li inti ma tkunx kostrett taħdem kull sekonda bla nifs biex sempliċiment tlaħħaq mal-ħajja bażika. Irridu li kulħadd jgħix f’ambjent isbaħ biex ingawdu aħjar il-ħin li għandna flimkien. Mhux pajjiż fgat u mifni bit-traffiku. Irridu li jkollna pajjiż li jgħinek tirnexxi f’kull ambizzjoni tiegħek. Malta trrid tkun il-pajjiż fejn int, fejn il-Gvern nagħmlu flimkien kollox biex int tirnexxi, anke fil-ħolm tiegħek.”

Dr Grech qal li biex dan isir, għandna bżonn li dawn id-deċiżjonijiet politiċi li jkunu qegħdin jiggwidawna biex nagħmlu l-ħolm tiegħek aktar possibbli rridu nagħmluhom billi jkollna reputazzjoni tajba għal pajjiżna. “Jien qiegħed hawn biex dik il-ħolma tiegħek ngħinek fiha. Se nagħmillek il-kuraġġ biex flimkien inxammru l-kmiem biex dik il-ħolma nwettquha flimkien.”

Sport