Sunday, October 27, 2024

It-Talibani jdendlu katavri bi twissija f’Herat

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Rapporti fil-midja barranija qed jallegaw li t-Talibani dendlu il-katavri ta’ erba’ persuni fil-pubbliku wara li allegatament serqu negozjant u lil ibnu.

Din ix-xena makabra feġġet ġurnata biss wara li uffiċjal Taliban wissa’ dwar kastigi estremi bħalma huma esekuzzjonijiet u amputazzjonijiet għal min jinqabad jisraq.

Skont dawn ir-rapporti, wieħed mill-katavri tħalla mdendel ma’ krejn fiċ-ċentru tal-belt ta’ Herat filwaqt li l-katavri l-oħra ttieħdu fi pjazez oħra tal-belt.

Sa minn meta ħadu lura f’idejhom it-tmexxija fl-Afganistan it-Talibani wiegħdu li kienu se jkunu anqas ħorox fit-tmexxija, iżda ftit ġimgħat biss wara din il-wiegħda huma kienu rrapurtati li kisru d-drittijiet tal-bniedem diversi drabi. 

Sport