Saturday, May 4, 2024

Valletta jsofru t-tielet telfa konsekuttiva

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat – ritratt: Christine Borg

Gudja United ……2

Valletta ………….0

Gudja United ħasdu lil Valletta meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0, biex b’hekk kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva, b’din tkun it-tielet telfa nfila għall-Beltin.

Valletta kellhom lill-player Enmy Pena Beltre jiskonta l-ewwel minn sospensjoni ta’ tliet logħbiet.

Kienu Valletta li ħolqu l-ewwel periklu fis-16-il minuta meta Caio Prado dar tajjeb ma’ difensur avversarju qabel ma kellu x-xutt insidjuż minn tarf il-kaxxa jiġi mdawwar f’corner mill-goalkeeper Glenn Zammit.

Huma komplew fuq l-offensiva u fl-24 minuta reġa’ kien Caio Prado li ħoloq il-periklu meta l-free-kick sabiħ tiegħu għadda ftit għoli minn fuq il-lasti ta’ Zammit.

Gudja wieġbu għall-ewwel darba fit-42 minuta u reb­ħu penalty meta Eslit Sala waqqa’ lil Temitope Abdul fil-kaxxa.

Mill-11-il metru nkariga ruħu l-Ukren RUSLAN KISIL li ma żbaljax hekk kif tefa’ l-ballun naħa u lill-goalkeeper Taljan, Alessandro Guarnone, fin-naħa opposta.

U biex l-affarijiet ikom­plu ġejjin ħażin għall-Beltin, fil-45 minuta huma spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa l-captain Joseph Zerafa wara li rċieva t-tieni karta safra wara li għadda xi rimarki fil-konfront tar-referee Daniel Portelli.

Fil-51 minuta, l-affarijiet kompew jeħżienu għat-team mill-belt kapitali hekk kif spiċċaw jilagħbu b’disa’ players meta din id-darba tkeċċa Ryan Camilleri, minħabba li wara li ġie ammonit, huwa reġa’ ntwera l-karta s-safra minħabba kummenti lejn l-uffiċjal tal- logħba.

Fis-67 minuta, Valletta resqu viċin meta Eslit Sala xeħet cross għan-nofs b’Mario Fontanella jkollu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin tistampa mal-wieqfa. 

Gudja wieġbu mill-azzjoni li segwiet meta s-sostitut Tensior Gusman kellu xutt minn tarf il-kaxxa jiġi salvat tajjeb minn Guarnone b’sa­­qajh wara li ħareġ barra minn postu.

Huma komplew fuq l- offensiva u fis-70 minuta rduppjaw meta minn azzjoni ta’ corner,  is-sostitut FILIP PANKARICAN xeħet il-ballun fix-xibka permezz ta’ daqqa ta’ ras.

Tliet minuti wara Aidan Jake Friggieri resaq viċin iżda x-xutt tiegħu minn qagħda ideali kien wie­ħed fraġli u ġie salvat minn Guarnone.

GUDJA U.: 1-Glenn Zammit, 5-Louis Beland, 8-Rodolfo Soares, 17-Gabriel Mensah, 19-Ruslan Kisil (27-Justin Grioli 83), 22-Hubert Vella, 23-Llywelyn Cremona (11-Filip Pankarican 60), 28-Igor Dudarev, 81-Neil Anthony Micallef, 92-Temitope Abdul (9-Tensior Gusman 64), 99-Marcelo Dias (7-Aidan Jake Friggieri 46)   – Coach: Thane Micallef

VALLETTA: 26-Alessandro Guarnone, 5-Ryan Camilleri, 6-Triston Caruana, 8-James Arthur, 11-Michele Sansone (24-Rowen Muscat 61), 19-Joseph Zerafa, 20-Ivan Curjucic (92-Kevin Tulimieri 61), 66-Eslit Sala, 77-Caio Prado (13-Sheldon Mackay 78), 89-Mario Fontanella, 97-Lucas Campos (14-Christian Gauci 55)   – Coach: Jose Antonio Cardoso Mendes

REFEREE: Daniel Portelli

ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Paul Apap

RABA’ UFF: Ezekiel Barbara

SKORERS: R. Kisil pen. 42, F. Pankarican 70 (G)

AMMONITI: J. Zerafa (2), R. Camilleri (2), J. Arthur (V), G. Mensah, I. Dudarev, L. Cre­mona (GU)

TKEĊĊEW: J. Zerafa 45, R. Camilleri 51 (V)

PLAYER TAL-LOGĦBA: Ruslan Kisil (Gudja U.)

Sport