Wednesday, April 24, 2024

Daniel Vella jirbaħ il-kampjonat tal-Asphalt Kings

Aqra wkoll

Min huwa Daniel Vella?

Għandi 35 sena u tista’ tgħid li fejn jidħlu dawn it-tip ta’ simulaturi, jiena wieħed mill-veterani.  Ix-xogħol tiegħi huwa fuq il-karozzi li huma l-passjoni tiegħi sew dawk ta’ veru kif ukoll għal dawn il-logħob li jirrigwardawhom.

Kemm ilek tilgħab il-logħba GT SPORT u liema hija l-karozza li l-aktar tħobb tuża meta ssuq din il-logħba?

L-ewwel logħba li lgħabt kienet Gran Turismo 1 li ħarġet fl-1996 biss m’għandix xi karozza partikolari li nista’ nqis bħala favorita tiegħi.

Il-Kampjonat ASPHALT KINGS li Velocity Esports Racing organizzaw, int irbaħtu mingħajr problemi ta’ xejn.  X’ inhi r-reazzjoni tiegħek għal dan is-suċċess miksub f’dan it-tournament tas-sajf?

Ħadt pjaċir immens li kkompetejt f’dan it-tournament u nħossni sodisfatt li rnex-xieli nirbħu.  L-organizzazzjoni kienet waħda mpekkabbli biss nixtieq li fil-futur ikun hemm iżjed konkorrenza f’ kompetizzjonijiet bħal dawn.

Kien hemm xi sewwieqa oħra li soqt kontrihom f’dan il-kampjonat li ħallew impressjoni tajba miegħek?

L-aqwa sewwieqa dejjem iħallu mpres-sjoni tajba.  Jamie Mangion għażel karozza kkunsidrata bħala “pony” (nota editorjali: il-Peugeot RCZ) biss dejjem kien ma’ ta’ quddiem.  Jake Sammut, Kane Mallia Jr u Adrian Manduca wkoll għamlu l-aħjar tagħħom biex jippruvaw ikunu ma’ ta’ fuq.

Liema kienet l-aktar tiġrija li ħadt pjaċir issuq matul dan il-kampjonat?

Nixtieq nagħżel tliet tiġrijiet … biex inkun nista’ nwieġeb għal din il-mistoqsija.  L-ewwel tiġrija, dik ta’ Barċellona bqajt ras imb’ras ma’ Adrian Manduca filwaqt li f’Interlagos kien hemm mumenti fejn stajt spiċċajt il-ħames.  It-tiġrija tal-Belġju kienet tajba wkoll għax kelli battalja tajba ma’ Jake Sammut.

X’messaġġ tixtieq twassal lid-dilettanti tal-logħba GT SPORT li qed jaqraw din l-intervista qasira?

Nittama li jkun hemm iżjed nies li jagħtu mportanza lil dawn it-tip ta’ logħob għax nemmen li jkunu qegħdin jgħinu fil-veritá … hekk kif bis-saħħa ta’ GT SPORT tgħallimt anke nsuq fid-dinja reali minħabba li qatt ma kont nikkompeti f’ebda tiġrija tal-Go Karts jew f’xi tellieqa tal-karozzi regolari.  Nispera wkoll li l-logħba GT Sport Polyphony tibda tqis lil Malta għall-kampjonati li jiġu organizzati mill-FIA għax, għal xi raġuni kemxejn stramba, aħna l-Maltin m’aħniex eliġibbli.

Sport