Saturday, May 4, 2024

Issir regatta speċjali ta’ Settembru

Aqra wkoll

Fil-Port il-Kbir, il-bieraħ ġiet organizzata regatta speċjali ta’ Settembru fejn b’kollox saru sitt tiġrijiet ta’ kategoriji differenti.

Din ir-regatta kienet differenti minn dik tal-Vitorja fejn ma kienx hemm klassifikazzjoni għar- rebħ tal-Aggregate Shield iżda r-rebbieħa ngħataw tazza.

L-atmosfera fil-Port tagħna kienet tassew sabiħa hekk kif għal dawn l-aħħar xhur naqsu li jsiru tiġrijiet minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Is-sitt tiġrijiet spiċċaw hekk:

L-ewwel tiġrija: Tal-Pass b’Erba’ Mqadef U/19: 1. Isla (5’58”); 2. Kalkara; 3. Bormla

It-tieni tiġrija: Tal-Midalji Open:  1. Bormla (4’44”); 2. Isla; 3. Kalkara

It-tielet tiġrija: Frejgatini nisa: 1. Birgu (7’43”); 2. Marsa; 3. Isla

Ir-raba’ tiġrija: Tal-Pass b’Żewġ Imqadef Open: 1. Marsamxett (5’57”); 2. Bormla; 3. Isla.

Il-ħames tiġrija: Kajjikki U/19: 1. Marsamxett (6’53”); 2. Kalkara; 3. Birgu

Is-sitt tiġrija: Tal-Pass b’Erba’ Mqadef Open: 1. Bormla (5’30”); 2. Kalkara; 3. Birżebbuġa

Sport