In-nisa Afgani se jkollhom jilbsu l-velu tal-wiċċ Iżlamiku għall-ewwel darba wara diversi snin wara digriet mgħoddi mill-militanti Talibani li fl-aħħar xhur ħadu f’idejhom it-tmexxija tal-pajjiż. Id-digriet kien approvat mill-Ministeru Taliban għall-Promozzjoni tal-Virtù.
Kwalunkwe mara li tirrifjuta li tikkonforma u tinjora t-twissijiet uffiċjali mogħtija lill-membri rġiel tal-familja tagħha tista’ twassal għall-arrest tar-raġel li jieħu ħsieb l-istess familja.
It-Taliban kienu infurzaw il-burka li titlob li jitgħatta kompleta l-wiċċ matul l-ewwel perjodu tagħhom fil-poter lura fid-disgħinijiet. Minkejja dan huma ma kinux infurzaw din il-liġi fl-ewwel perjodu taghom lura fit-tmexxija s-sena li għaddiet.
Ħafna nisa fl-Afganistan diġà jilbsu l-burka iżda xi wħud, partikolarment fiż-żoni urbani, jilbsu dik li tgħattilhom xagħarhom biss.
Uffiċjali Talibani ddeskrivew id-digriet bħala “parir” iżda stabbilixxew sett speċifiku ta’ proċeduri li jistgħu jiżdiedu għal kull min ma jikkonformax.