Tuesday, May 14, 2024

It-Taljan Alessandro Covi jirbaħ l-20 stadju tal-Giro D’Italia

Aqra wkoll

Iċ-ċiklist Taljan, Alessandro Covi (UAE Team Emirates) rebaħ l-20 stadju tal-Giro D’Italia li kien bejn Belluno u Marmolada fuq distanza ta’ 168 kilometri.

Huwa rreġistra ħin ta’ 4 sigħat, 46 minuta u 34 sekonda, fejn kellu rebħa faċli meta temm 32 sekonda qabel is-Sloven Domen Novak (Team Bahrain Victorious), segwit mit-Taljan Giulio Ciccone (Trek-Segafredo) u l-Ispanjol Antonio Pedrero (Movistar Team).

Meta l-Ħadd jintemm dan il-Giro, l-Awstraljan Jai Hindley (Bora-Hansgrohe) qabeż fl-ewwel post fil-klassifika ġenerali b’ħin ta’ 86 siegħa, 7 minuti u 19-il sekonda, segwit mill-Kolumbjan Richard Carapaz (Ineos Grenadiers) li jinsab minuta u 25 sekondi warajh.

Sport