Saturday, December 21, 2024

It-tarbija ta’ xahar teħles mill-Covid-19 iżda għadha tinżamm l-Isptar għal kundizzjonijiet oħra

Aqra wkoll

It-tarbija ta’ xahar li aktar kmieni dan ix-xahar kienet rappurtata li kienet infettata bil-Covid-19 għadha qed tinżamm l-Isptar. Dan pero’ mhux qed isir għar-rigward tal-Covid-19 iżda qed tkun segwita minħabba kundizzjonijiet mediċi oħra.

Dan qalitu s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Prof. Charmaine Gauci, meta kienet qed twieġeb mistoqsijiet li sarulha minn dan is-sit dwar jekk l-imsemmija tarbija fiqitx mill-virus u dwar kemm baqa’ tfal taħt l-10 snin li għad għandhom il-Covid-19.

Prof. Gauci qalet li: “qed naraw sitwazzjoni fejn għandek numru ta’ tfal li qegħdin issa jfiqu. Kienu ftit it-tfal li kellna, simili bħalma kien qed jiġri barra u aħna qed inkomplu nsegwu s-sitwazzjoni.”

Dwar it-tarbija ta’ xahar, Prof. Gauci qalet li din “għadha l-Isptar minħabba li qed tiġi segwita għal kundizzjoni tagħha u mhux minħabba l-Covid. Hemm nafu li dawn it-tfal rajna li kien hemm recovery tajba wkoll.”

Aqra wkoll:

https://www.inewsmalta.com/2020/04/ghad-hemm-trasmissjoni-lokali-fuq-barra-importanti-li-nkompli-nzommu-d-distanza-socjali-charmaine-gauci/
Ekonomija

Sport