Sunday, December 22, 2024

It-Tazza Dinja 2022 hija uffiċjalment miftuħa biċ-Ċerimonja tal-Ftuħ

Aqra wkoll

It-Tazza tad-Dinja mimlija b’kontroversja issa hija uffiċjalment miftuħa meta saret iċ-ċerimonja tal-futħ fl-Istadium AlBayt. 

Din kienet waħda qasira iżda moderna bil-kultura Għarbija tkun il-qofol tagħha. 

Is-sorpriża ta’ din iċ-ċerimonja kien Morgan Freeman li ħa sehem fejn ippreżenta l-ftuħ intitolat “The Calling” billi qal: “Aħna lkoll nifformaw tribù kbir wieħed” hekk kif il-partitarji niżlu fiċ-ċentru tal-belt ta’ Doha għall-bidu imminenti tal-akbar festival tal-fotoball fid-dinja.

Din iċ-ċerimonja tal-ftuħ kienet tinkludi lil  ‘Leta’Arafo (To Know One Another)’, Morgan Freeman, segwit minn ‘Chants of Nations’, Medley tat-Tazza tad-Dinja, vetrina tal-mascots uffiċjali u Jung Kook tal-Boy Band tal-Korea t’Isfel.

Il-viċi president tal-Emirati Għarab Magħquda, Sheikh Mohammed bin Rashid Al-Maktoum, li huwa wkoll il-mexxej ta’ Dubai, wasal il-Qatar għall-ftuħ tat-Tazza tad-Dinja nhar il-Ħadd fil-għodu.

U l-prinċep tal-Kuruna tal-Arabja Sawdija u delegazzjoni ta’ ministri attendew din iċ-ċerimonja tal-ftuħ.

Mohammed bin Salman kien akkumpanjat mill-Ministri tal-Enerġija, l-Intern, l-Affarijiet Barranin, il-Kummerċ u l-Investiment tar-Renju kif ukoll uffiċjali għolja inkluż il-konsulent tas-sigurtà nazzjonali tiegħu u l-kap tal-Gwardja Nazzjonali. 

Ekonomija

Sport