Thursday, December 26, 2024

It-team Ġermaniż kellu jagħmel inżul ta’ emerġenza fl-Iskozja

Aqra wkoll

L-ajruplan li kien qed iġorr l-iskwadra tal-Ġermanja lura mill-Islanda għamel inżul ta’ emerġenza f’Edinburgh, l-Iskozja, f’temp imċajpar tant li l-waqfa ħadet ħames sigħat.

Hansi Flick u t-team tiegħu kienu fi triqithom lejn id-dar minn Reykjavik fis-sigħat bikrin tal-Ħamis  wara li kkonsolidaw posthom fil-quċċata ta’ Grupp J meta l-ajruplan tagħhom kien imġiegħel idur lura minn Arbroath minħabba “funzjonalitá mhux affidabbli” tal-ġeneratur tal-enerġija abbord.

Huma niżlu fil-kapitali Skoċċiża qabel il-5.00 am ħin Ingliż, bil-kont tal-FA Ġermaniża fuq Twitter jaġġorna lill-partijiet konċernati li kulħadd abbord kien “jinsab tajjeb”, u li titjiriet individwali għandhom jieħdu lill-players tagħhom id-dar.

Tweet oħra segwiet nofs siegħa wara li qalet li ajruplan sostitut kien fi triqtu biex finalment jwassal lid-delegazzjoni d-dar lejn Frankfurt u Munich.

Ekonomija

Sport