Saturday, May 18, 2024

Jerome Boateng jitressaq il-qorti

Aqra wkoll

Il-player Ġermaniż, Jerome Boateng, il-bieraħ deher f’qorti fi Munich dwar allegazzjonijiet li aggredixxa lill-ex ħabiba tiegħu fl-2018.

Huwa ġie akkużat li weġġa’ lill-omm il-bniet tewmin tiegħu, imsejħa Sherin S, waqt tilwima fuq btala.

Il-prosekuturi akkużaw lill-ex difensur ta’ Bayern Munich u rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja 2014 bi ħsara volontarja fuq il-ġisem.

Boateng, 33 sena, ċaħad l-allegazzjonijiet, u jekk jinstab ħati, jista’ jiġi mmultat jew mitfugħ sa ħames snin ħabs.

Liebes libsa blu skur, Boateng ġie eskortat minn gwardji tas-sigurta’ hekk kif wasal il-qorti mal-avukat tiegħu, Kai Walden il-bieraħ fil-għodu.

Quddiem il-proċess il-prosekuturi akkużaw lil Boateng li tefa’ lampa u kaxxa żgħira għat-tkessiħ fuq l-ex sieħba tiegħu waqt l-allegat attakk fil-Karibew f’Lulju 2018.

Boateng allegatament insultaha, laqatha u ġibdilha xagħarha, qalet lill-ġurnalisti l-kelliema għall-prosekuzzjoni, Anne Leiding.

Fil-qorti, Boateng qal li ma attakkax lill-ex ħabiba tiegħu u ddeskriva verżjoni differenti tal-ġrajjiet.

Fi Frar, l-ex ħabiba tiegħu, il-mudella ta’ 25 sena, Kasia Lenhardt, instabet mejta wara li neħħiet ħajjitha f’appartament f’Berlin.

Il-pulizija ta’ Berlin sabu ġisimha fi Frar waqt li Boateng kien qed jilgħab ma’ Bayern fil-Club World Cup fil-Qatar.

Sport