Wara li Napoli rebħu l-kampjonat Taljan wara nuqqas ta’ 33 sena, anke l-iskwadra femminili kellha suċċess x’tiċċelebra wara li kisbu l-promozzjoni għas-serie A.
Kien kampjonat femminili tat-tieni kategorija ferm bilanċjat u akkanit sal-aħħar fejn i Partenopei kellhom dwell interessanti ma’ Lazio.
Minkejja kollox, l-aħħar konfront li Napoli lagħbu kontra Tavagnacco u li rebħu 1-0 kellu jkun dak rebbieħ. Gowl ta’ Adriana Gomes kien biżżejjed sabiex aċċerta lil Napoli minn din il-promozzjoni b’diversi partitarji li marru jaraw lit-tim femminili u jtuhom is-sapport.