Thursday, May 9, 2024

It-temp imsaħħab xejn ma jxekkel folla mill-isbaħ għall-Karnival fil-Belt Valletta

Aqra wkoll

Il-previżjoni xejn favorevoli tat-temp xejn ma xekklet lin-nies milli jinġabru fil-Belt Valletta biex jiċċelebraw il-Karnival.

Dawk involuti b’mod dirett ilhom għaddejjin bl-aħħar preparamenti għall-Karnival għal diversi jiem fejn il-kumpaniji tal-Karnival għamlu l-aħħar provi u l-karristi qed kienu fi ġlieda kontra l-ħin għall-aħħar xogħlijiet fuq il-karrijiet tagħhom.  Il-Karnival ta’ Malta tella’ s-siparju lbieraħ u jinżel fit-13 ta’ Frar. Festivals Malta bis-sapport tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali huma l-organizzaturi.

Intant dan is-sit żar dak li kien għaddej aktar kmieni llum fil-Belt Valletta u dawn huma uħud mix-xeni li ġibdu l-attenzjoni tal-fotografu tagħna … ma setax jonqos li l-innoċenza taċ-ċkejknin bil-kostumi jieħdu prijorità.

Aktar ritratti jitilgħu b’mod dirett fuq il-paġna tagħna ta’ Facebook TalkNews aktar tard illum

Sport