Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn it-tennis?
In-naħa tal-familja ta’ missieri kienu kollha plejers tat-tennis, għalhekk ġejt introdott fil-court tat-tennis qabel ma stajt saħansitra nimxi. In-nannu tiegħi, Anthony Schranz, ikkowċjani sas-sena l-oħra. Lil hinn minn konnessjoni qawwija fil-qorti, huwa kellu wkoll rwol kbir fit-trawwim tal-imħabba tiegħi għal-logħba.
Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. X’tikkummenta fuq il-fatt li għadek kemm ġejt inkurunata Champion lokali tat-Tennis ta’ taħt is-16-il sena?
Huwa unur kbir u privileġġ u wkoll sodisfazzjon kbir. Il-ħajja ta’ tennista junior tinvolvi ħafna sagrifiċċju u dan jagħmel is-sagrifiċċju u x-xogħol iebes kollu siewi. Ninsab kuntent ukoll għat-tim ta’ nies li jaħdmu miegħi, speċjalment Lee Camenzuli u l-Asciak Tennis Academy peressli jagħtuni ħafna mill-ħin u l-appoġġ tagħhom
X’unuri maġġuri oħra ksibt fil-karriera tieghek sa issa f’dan l-isport li tant tħobb?
Ipparteċipajt f’ħafna tournaments kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna. Is-sena l-oħra kont tassew kuntenta li rbaħt wieħed mit-tournaments tal-U12 f’Malta u tournament tal-U12 fl-Akkademja Rafa Nadal f’Mallorca fi Spanja
Kif tqis il-livell tat-tennis f’pajjiżna fil-preżent?
Hemm ħafna tennisti juniors li jaħdmu ħafna. Il-livell barra minn Malta huwa għoli ħafna u għalhekk iebsa meta nivvjaġġaw iżda grazzi għall-kowċis eċċellenti tagħna hawn, qed nagħmlu l-almu tagħna u niksbu riżultati tajbin.
U dak tar riżorsi fejn titħarrgu u jkollkom il-kompetizzjonijiet uffiċjali tagħkom?
Għandna akkademji u faċilitajiet eċċellenti hawn Malta. Huwa wkoll ta’ għajnuna kbira li l-iskola tiegħi tappoġġjani meta nivvjaġġa barra minn Malta. Ikun ta’ għajnuna kieku jkollna aktar ‘indoor courts’ għax dan jipproteġina mix-xemx u s-sħana u aktar qrati tat-tafal għax ħafna tournaments barra minn Malta jsiru fuq din il-wiċċ.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fit-tennis?
Se nibqa’ naħdem iebes għax inħobb il-logħba u nagħmel l-almu tiegħi biex il-ħolm tat-tennis tiegħi jseħħ. Nittama li nkun l-aqwa plejer tat-tennis li nista’ nkun!
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jibda jipprattika t-tennis.
It-tennis huwa sport inkredibbli għax jgħallmel lezzjonijiet siewja tal-ħajja. Peressli tkun waħdek fuq il-court, titgħallem issolvi l-problemi waħdek, tibqa’ b’saħħtek waqt mumenti diffiċli, u tiżviluppa l-fokus, id-dixxiplina, u etika tax-xogħol b’saħħitha, kollha ħiliet importanti tal-ħajja. Anke jekk huwa sport individwali, it-tennis ippermettieli nifforma ħbiberiji kbar, kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta. Naħseb li huwa sport mill-aqwa b’ħafna premijiet!