It-tennista Brittaniku Jack Draper irritorna bil-kbir jipparteċipa f’tournaments kompetittivi wara li għeleb lill-Amerikan Jenson Brooksby 6-1, 6-2 fl-Open Belġjan ta’ Antwerp.
Il-plejer ta’ 20 sena seed numru 48 fid-dinja, irritorna wara injury twila u kien ferm konsistenti fil-logħob tiegħu.
Issa Draper se jiltaqa’ fit-tieni rawnd kontra Hubert Hurkasz tal-Polonja.