Thursday, August 6, 2026
Home Sport Darts: Heta jirbaħ l-Open ta’ Ġibiltá

Darts: Heta jirbaħ l-Open ta’ Ġibiltá

0
591

Il-plejer tad-darts Damon Heta iċċelebra bl-aqwa mod possibbli l-ewwel parteċipazzjoni tiegħu f’turnament Ewropew f’Ġibiltá hu għeleb lil Peter Wright 8-7.

B’hekk il-plejer tad-darts mill-Awstralja rebaħ is-somma ta’ €25,000 wara finali ferm emozzjonanti u inċerta sal-aħħar li saret fil-Victoria Stadium.

Fi tmiem il-konfront, Heta faħħar lill-avversarju tiegħu li kien dejjem hemm u kien biss fl-aħħar parti finali li aċċerta ruħu mir-rebħ tat-tazza.