Friday, May 3, 2024

It-tennista Rafael Nadal u martu jsiru ġenituri

Aqra wkoll

Il-mara tat-tennista Rafael Nadal, Mery Perello, welldet tarbija fi klinika privata f’Palma, fil-kapitali ta’ Mallorca.

Sorsi li tkellmu mal-midja Spanjola kienu kkwotati jgħidu li “kemm l-omm u t-tarbija tagħha, imwielda fis-37 ġimgħa tat-tqala tagħha, sejrin tajjeb.

“It-twelid seħħ fi klinika privata fil-gżira fejn Mery kellha tibqa’ taħt osservazzjoni u tistrieħ kompletament fl-aħħar ftit ġimgħat.”

F’Ġunju, Rafael ikkonferma li Mery kienet tqila bl-ewwel wild tagħhom, waqt li tkellem f’konferenza stampa f’Majorca fost spekulazzjonijiet qawwija fuq is-siti soċjali.

Fl-aħħar xhur, Nadal kien tkellem dwar ix-xewqa li jibni familja u ddeskiva lilu nnifsu bħala raġel li jħobb igawdi lill-familja, madanakollu huwa kien qal li l-ħajja sportiva kellha tiddetermina meta jkun il-waqt. Fid-dawl ta’ dan kollu huwa kien appella lill-midja biex ma tiffukax daqstant fuq il-ħajja privata tiegħu għaliex ma xtaqx li tintilef din l-istess privatezza.

Sport