Sunday, December 22, 2024

It-terremot fl-Afganistan: Ġlieda kontra l-ħin biex jinstabu nies ħajjin taħt it-tifrik

Aqra wkoll

Timijiet ta’ emerġenza fl-Afganistan għaddejjin b’ħidma biex joħorġu n-nies minn qalb it-tifrik wara li s-Sibt li għadda terremot qawwi laqat il-punent tal-pajjiż.

Qed ikun irrapportat li aktar minn 1,000 persuna huma maħsuba li mietu wara li terremot b’qawwa ta’ 6.3 laqat l-irħula fil-provinċja ta’ Herat.

Bil-komunikazzjonijiet imwaqqfa u ħafna toroq imblukkati, il-ħaddiema tas-salvataġġ qed jitħabtu biex jilħqu żoni remoti. Mijiet ta’ persuni weġġgħu f’dan it-terremot.

Sadanittant, in-Nazzjonijiet Uniti u organizzazzjonijiet oħra bdew jibagħtu provvisti ta’ emerġenza. L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) qalet li minn tal-inqas 465 dar spiċċaw meqruda għalkollox.

In-nurmu eżatt tal-imwiet għadu jrid jiġi stabbilit. L-uffiċċju tal-Affarijiet Umanitarji tal-NU fl-Afganistan qal li aktar minn 1,000 persuna mietu filwaqt li madwar 500 oħra għadhom irrapportati nieqsa.

Ekonomija

Sport