Monday, May 13, 2024

L-ewwel rebħa f’Malta għal Marcello Wibb fi klassi Premier

Kenneth Vella

Aqra wkoll

F’idejn Paul Galea, l-Iżvediż Marcello Wibb rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret il-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Din kienet riservata għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m u għamlet parti mit-43 laqgħa tas-sena fuq għaxar tiġrijiet kollha tat-trott. Il-laqgħa nkludiet ukoll żewġ tiġrijiet internazzjonali bejn sewwieqa Maltin u Ingliżi. Dawn saqu żwiemel mill-klassi Silver. 

Marcello Wibb rebbiegħ fil-klassi Premier

Tnax -il żiemel ġrew fl-aqwa tiġrija tal-jum. Hawnhekk Marcello Wibb (Paul Galea) iddomina tul id-distanza, kien il-ħin kollu quddiem. Dan irnexxilu jaqsam il-linja finali l-ewwel faċilment b’vantaġġ ta’ żewġ tulijiet minn Akela Play (Clint Vassallo) u l-ġdid Taljan Velvet Gio (Rodney Gatt). Gambit Brodde (Joseph Mercieca) kellu wkoll prestazzjoni tajba meta temm warajhom fir-raba’ post. Ir-rebbieħ, propjeta’ ta’ Stephen Ciangura, kellu medja tajba ferm ta’ 1.13” fil-kilometru.  

Fl-ewwel tiġrija internazzjonali, l-Iżvediża Moon Zappa (Jesmar Gafa’) kienet il-ħin kollu quddiem u rnexxilha taqsam il-linja finali l-ewwel faċilment b’vantaġġ ta’ għaxar tulijiet minn Chene De Landisacq (Paul Galea) u Dessert Compris (Jason Ali – UK). Havaroche (Noel Baldacchino) temm fir-raba’ pożizzjoni. Għal Moon Zappa din kienet it-tielet rebħa tas-sena. 

Premjazzjoni tat-tieni Malta-Uk Encounter race

Anki t-tieni tiġrija nternazzjonali rat rebħa Maltija. Kirsten Axisa talab lil Galeo Du Portugal biex iżid fil-ġiri matul l-aħħar 600m biex irnexxilu sorprendentement jakkwista d-disa’ rebħa staġjonali minn Fighter Perrine (Rodney Gatt) u I Come In Peace (Michael Ellul). Elona Dairpet (Jack Foody – UK) temm warajhom f’dik l-ordni. 

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Tyra I.H. (O. Briffa) Ħin – 2.45.4” (1.17.3”) 2. Imperatricedarche (D. Azzopardi) 3. Amenophis Du Lilas (D. Cortis) 4. Hartist Griff (S. Schembri) 

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Global Rebel (P. Mather – GB) Ħin – 2.45.8” (1.17.5”) 2. Daraghiu Jeep (A. Cassar) 3. Fortuna De Coudde (D. Debono) 4. Dreasam D’Oscar (O. Cauchi) 

III Tiġrija. Tiġrija Nternazzjonali Malta – UK. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Moon Zappa (J. Gafa’) Ħin – 2.39.6” (1.14.6”) 2. Chene De Landisacq (P. Galea) 3. Dessert Compris (J. Ali – UK) 4. Havaroche (N. Baldacchino)  

IV Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Folie Des Landes (J. Gafa’) Ħin – 2.43.4” (1.16.3”) 2. Donatelo Kily (C. Calleja) 3. Emissoro (R. Schembri) 4. Dieu d’Occagnes (P. Galea) 

V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Gabin Sellois (R. Magro) Ħin – 2.44.3” (1.16.8”) 2. Excalibur D’Isop (M. Ellul) 3. Hermes Du Pressoir (L. Frendo) 4. Everte (M. Cauchi) 

VI Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Flash Picken (N. Baldacchino) Ħin – 2.45.5” (1.17.3”) 2. Half Tege (P. Spiteri) 3. Hune (M. Debono) 4. Viking Du Sarthon (G. P. Camilleri)  

VII Tiġrija. Tiġrija Nternazzjonali Malta – UK. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Galeo Du Portugal (K. Axisa) Ħin – 2.40.7” (1.15.1”) 2. Fighter Perrine (R. Gatt) 3. I Come In Peace (M. Ellul) 4. Elona Dairpet (Jack Foody – UK) 

VIII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Call Jack (L. Ghigo) Ħin – 2.40.6” (1.15”) 2. Mac Smily (P. Galea) 3. French Gold (J. Gafa’) 4. Flash De Celland (K. Saliba) 

IX Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Marcello Wibb (P. Galea) Ħin – 2.36.3” (1.13”) 2. Akela Play (C. Vassallo) 3. Velvet Gio (R. Gatt) 4. Gambit Brodde (J. Mercieca) 

X Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Heros De Claivince (C. Camilleri) Ħin – 2.42.1” (1.15.7”) 2. Galys Du Patural (Ch. Degiorgio) 3. Fiston D’Haufor (J.C. Pace) 4. Friend (N. Azzopardi) 

Sport