Friday, November 15, 2024

“It-test tal-verġinità se jkun meqjus illegali anke jekk bil-kunsens”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Intant waqt is-seduta kompliet d-diskussjoni dwar l-abbozz kriminali li jemenda l-kodiċi kriminali fejn l-għanijiet u r-raġunijiet ta’ dan l-Abbozz ta’ Liġi huma sabiex jiġi pprojbit l-ittestjar tal-verġinità, prattika li ma għandha l-ebda mertu xjentifiku, tikser id-drittijiet fundamentali u ġġorr konsegwenzi negattivi fuq il-benesseri fiżiku, psikoloġiku u soċjali tan-nisa u l-bniet.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg qalet li għad hawn pajjiżi fl-Indonesja fejn jekk mara tapplika biex tissieħeb fil-forzi armati tal-pajjiż kien se jkollha tagħmel dan it-test. Hawnhekk hija qalet li dan mhux qegħdin nitrattaw każi ta’ xi seklu ilu iżda biss ftit snin ilu. 

Hija staqsiet x’differenza kienet se tagħmel fil-kompetenza tagħha r-riżultat ta’ dan it-test. Sostniet li għalhekk b’din l-emenda mhux biss se jkun projbit t-test, iżda min jinstab ħati jista’ jeħel piena ta’ bejn sena u ħames snin priġunerija. Tipprovdi wkoll għal pieni għal min jgħin, iħajjar, ta’ parir jew b’xi mod jisforza mara tagħmel dan it-test. 

L-emenda qiegħda tgħid ċar u tond li għalkemm il-kunsens f’ħafna każi jiġġustifika diversi każijiet. F’dan il-kunsens la għandu jkun mitlub u lanqas meħtieġ. Qalet li qatt ma ista’ jkun kunsens ġenwin u jkun ingħata biss minħabba pressjonijiet varji. 

Ekonomija

Sport