Friday, April 26, 2024

It-tfajjel li seraq il-qlub rebbieħ tat-tieni edizzjoni tal-MGT

Aqra wkoll

Kyran Bonello huwa r-rebbieħ tat-tieni edizzjoni ta’ ‘Malta’s Got Talent’. It-tfajjel rebbieħ kien akkumpanjat minn grupp ta’ żeffiena minn Mandy Dance Academy.

L-aħħar taqtigħa kienet bejn Bonello u Dancing Angels, filwaqt li Beth kellha tikkuntenta bit-tielet post.

Il-finalisti tat-tieni staġun ta’ ‘Malta’s Got Talent’ kienu Kyran Bonello, Street Elements, Beth, United Performers, Olivia Lillith, Guitar Projects, La Voix Harmonies, Dancing Angels u Sheron Grixti.

Fl-ewwel kummenti tiegħu wara r-rebħa, Bonello qal li ma stenniex li se jkun hu r-rebbieħ u li għalih kien bħal vjaġġ mimli sorpriżi għaliex lanqas il-golden buzzer ma kien stenna li se jirċievi.

Huwa sellem lill-abbatini li flimkien miegħu jservu fil-Bażilika ta’ Santa Liena, f’Birkirkara, filwaqt li ddedika r-rebħa lill-bqija tal-poplu kollu.

Sport