Monday, May 13, 2024

“It-tfajliet nistgħu niksbu riżultati anke jekk qalb maġġoranza ta’ subien”

Sewwieqa żagħżugħa b’appell għal iktar rispett lejn l-isportivi nisa

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“It-tfajliet nistgħu niksbu riżultati anke jekk qalb maġġoranza ta’ subien”. Iddikjarat dan is-sewwieqa żagħżugħa Delcine Galea li fi tmiem il-ġimgħa spiċċat fl-ewwel post fuq il-podju hekk kif kompla l-kampjonat nazzjonali tal-Karting f’Ħal Far.

Hija mhux biss irnexxiela tikseb l-aqwa pożizzjoni iżda kienet rikonoxxuta wkoll wara li kellha wkoll l-aħjar ħin bl-iktar dawra veloċi tal-ġurnata.

Filwaqt li rringrazzjat lill-familja tagħha kollha tas-sapport kontinwu u lill-organizzaturi, it-tfajla Rabtija esprimiet id-delużjoni tagħha għall-fatt li ċertu kummenti li segwew ir-rebħa tagħha poġġew lok għal dubju rigward jekk il-kart tagħha kinitx skont l-istandards tat-tellieqa biex meta saret l-analiżi rriżulta li l-kart kienet skont l-istandards u r-regolamenti tat-tellieqa.

F’intervista ma’ Talk.mt ftit tax-xhur ilu, Delcine kienet qalitilna li għalkemm mhux faċli titkellem ma’ sħabha li għalihom dak li kienet qiegħda tinġibed lejh hi kien sports iddominat mill-irġiel, uħud mit-tfajliet kienu jammirawha u jissapportjawha għall-kuraġġ tagħha li tkompli fuq il-passi tal-familja tagħha.

Sport