Wednesday, February 25, 2026

“It-tfal m’għandhom qatt jintużaw bħala ballun bejn iż-żewġ ġenituri”

- Intervista mad-Deputata Labuista u Avukata Amanda Spiteri Grech

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“It-tfal qatt ma’ għandom jintużaw bħala ballun. Jekk it-tfal jintużaw ballun biex mingħalina illi n-naħa l-oħra nkunu qed nagħlulha xi disprezz, b’dan kollu nkunu qed inweġġgħu lil uliedna stess”. 

Dan iddikjaratu d-Deputata Laburista u Avukata Amanda Spiteri Grech f’intervista ma’ dan il-ġurnal, hekk kif fil-Parlament bdiet id-diskussjoni dwar ir-riforma tal-familja, riforma li se tkun qed ittejjeb l-effiċjenza u tagħti riżultat aħjar. 

Spiteri Grech irrimarkat li apparti dawk in-nies li jaħdmu fil-Qorti tal-Familja, hemm dawk li b’mod dirett huma impattati u li żgur jiltaqgħu ma’ sitwazzjonijiet, illi tinduna li jkollom bżonn bidla. 

“Dawn huma bidliet li la huma tajbin għat-tfal, huma tajbin għal kulħadd”

Dwar ir-riformi, hija qalet li tilqahom b’mod sodisfaċneti. Dan għaliex skontha dawn huma bidliet li la huma tajbin għat-tfal, huma tajbin għal kulħadd. 

Spiteri Grech żiedet tgħid; “ Nilqa’ b’sodisfazzjon illi rifomi bħal dawn qed jidentifikaw mhux aspett wieħed imma b’mod ħolistiku. Dak illi niltaqgħu miegħu fil-Qorti tal-Familja. Ilni nitkellem fuq dawn l-affarijiet sa minn qabel l-elezzjoni”

“Se jindirizzaw il-problema illi hemm tfal li jibqgħu fuq ‘l-għatba tal-bieb’”

Saħqet li dawn ir-riformi se jidentifikaw u se jindirizzaw il-problema illi hemm tfal li jibqgħu fuq ‘l-għatba tal-bieb’ b’mod metaforiku, jiġifieri li jistennew lil ġenitur l-ieħor jiġi għalihom. Hawnhhekk, Spiteri Grech qaltilna kif sfortunatament hemm min b’pika diretta lejn il-ġenitur l-ieħor, ma jmur qatt għat-tfal. 

Spjegat li ltaqgħet ma’ sitwazzjonijiet fejn ltaqgħet ma’ tfal illi dejjem ikunu lesti għal ħin tal-aċċess biex imorru mal-ġenitur l-ieħor, it-tfal jibqgħu jistennew, jittantaw xortihom u jibqgħu bit-tama’ li l-ġenitur l-ieħor se jmur, però ma jmur jew ma tmur qatt. 

Matul din l-intervista, Spiteri Grech li wkoll għandha l-irwol ta’ Avukat, qaltilna kif l-ġenitur li jagħti l-aċċess jekk ma’ jlestix lil ibnu jew lil bintu biex tmur għal l-aċċess u ma’ jagħtihx lin-naħa l-oħra, emm proċeduri kriminali. Dan jiġifieri li l-ġenitur l-ieħor anke b’pika jista’ jew tista’ tmur l-għassa tagħmel rapport. 

Hija laqgħet b’sodisfazzjon ukoll li l-obligazzjoni mhijiex se tkun biss li wieħed jagħti l-aċċess, iżda se jkun hemm tibdil f’din ir-riforma. Hawnhekk hija rringrazzjat lil-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard u lil Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon tal-ħidma tagħhom. 

Ma’ dan il-ġurnal, Spiteri Grech spjegat kif; “Jekk jiena għandi lit-tfal miegħi u rrid nagħtihom lil xi ħadd, ma kienx se jkun hemm problemi jekk intihom imma jekk ma nagħtihomx hemm proċeduri kriminali. Però ma’ hemm xejn fil-liġi illi tilqa’ illi jekk il-ġenitur l-ieħor jiddeċiedi li ma’ jiġix lura bihom u jirrispetta l-ħin tal-aċċess, ma jista’ jiġri xejn”.

“Dawn ir-riformi se jindirizzaw ir-rapport falz”

Qalet li din is-sitwazzjoni se tiġi wkoll indirizzatha u li dawn ir-riformi se jindirizzaw ir-rapport falz. Spiteri Grech enfasizzat li għalkemm dan huwa meqjus bħala reat, ir-rapport falz għandu jiġi indirizzat għaliex nmhux sew illi parti minnhom tbati l-konsegwenzi ta’ xi ħaġa li mijiex vera.

Ir-riformi tal-Qorti tal-Familja huma importnati immens. Amanda qaltilna; “Ejja ma ninsewx li kull ġurnata li l-wild jitlef milli jara lil xi wieħed mill-ġenituri, kemm jekk l-omm, kif ukoll il-missier, minħabba pika jew minħabba gideb huwa impatt fuq is-soċejtà ‘il quddiem. Ejja ma ninsewiex din”.

Matul din l-intervista, staqsejniha liema huma l-iktar każi tiltaqa’ magħhom bħala Avukat tal-Familja. Hija bdiet biex qaltilna li kull familja għandha l-identità tagħha u li kull familja għandha ħtiġijiet differenti. 

“Se nistqarr li rajt ħafna tbatija fit-tfal”

Spiteri Grech qalet ukoll; “Se nistqarr li rajt ħafna tbatija fit-tfal, fejn qabel kont naral it-tfal mil-lenti tal-għalliema, fejn ġieli ġew studenti ta’ 15 -il sena u jgħidulek li missierhom jew ommhom telqet mid-dar. Jiena kont nara quddiemi persuna tikrolla, li timmarkaha għal ħajjitha” 

Enfasizzat li tixtieq tara distinzjoni bejn ġenituri u l-istorja li ma’ baqgħetx possibli. Qalet li f’dan kollu wieħed irid ikun dejjem matur u mhux neċessarjament bejn il-koppja, għax skont Spiteri Grech ġieli jkun hemm każijiet fejn jidħlu l-ġenituri tal-koppja, li sfortunatament jagħmlu ħafna ħsara. 

Tenniet tgħid li l-ulied minuri għandna d-dover u d-dmir li nindukrawhom, mux biss bħala ġenitur però bħala soċjetà b’mod komplut Qalet li b’mod matur, dawn is-sitwazzjonijiet jistgħu jiġu ndirizzati 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport