Friday, November 15, 2024

“It-tfal u ż-żgħażagħ huma parti mid-deċiżjonijiet tal-lum”

Il-Prim Ministru jindirizza s-sessjoni parlamentari tal-EkoSkola

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela indirizza s-Sessjoni Parlamentari tal-EkoSkola, li matula studenti minn skejjel differenti ressqu l-ideat u l-proposti tagħhom dwar temi differenti imdawra mal-ambjent.

Il-Prim Ministru rrimarka li t-tfal u ż-żgħażagħ huma parti mid-deċiżjonijiet tal-lum, mhux tal-futur biss, u appellalhom biex jibqgħu jipparteċipaw b’mod attiv.
Huwa rrefera għal uħud mit-temi diskussi u sostna li l-ħolqien ta’ spazji miftuħa huma ta’ prijorità għall-Gvern filwaqt li rrefera għall-proġetti li qegħdin jitwettqu biex il-komunitajiet igawdu minn pulmuni ħodor.

Dwar il-kwalità tal-arja, il-Prim Ministru Robert Abela sostna li rridu nħarsu lejn proġetti kbar fosthom rinovabbli fuq il-bjut, karozza elettriċi, u sistema fil-portijiet ta’ shore-to-ship.

Fl-intervent tiegħu, il-Prim Ministru rrefera għall-ħidma li qed titwettaq mill-Gvern biex jitnaqqas l-iskart, spjega li bis-separazzjoni tal-iskart mandatorja, l-iskema tal-BCRS u l-projbizzjoni tas-single-use-plastics flimkien mal-proġetti biex jerġa’ jintuża l-iskart u mill-iskart nagħmlu enerġija se jwassluna biex nagħmlu Malta carbon-neutral.

Il-Prim Ministru temm jirringrazzja lill-istudenti għall-parteċipazzjoni tagħhom u appellalhom biex qatt ma jibżgħu jikkritikaw u jisfidaw l-istatus quo u jibqgħu jersqu lejn il-Gvern b’aktar ideat.

Ekonomija

Sport