Friday, May 3, 2024

Jitħabbru d-dettalji tal-funeral tad-Deluxe

Aqra wkoll

Għada se tkun qed tingħata l-aħħar tislima lil Brian Mifsud, magħruf bħala d-Deluxe — ir-raġel li tilef ħajtu fl-età ta’ 60 sena nhar l-24 ta’ Ġunju li għadda fir-Rabat, Malta.

Il-quddiesa tal-funeral se ssir fil-Bażilika ta’ San Pawl, ir-Rabat stess, għall-ħabta tat-8:30 a.m.

Sorsi qrib l-investigaturi, dakinhar li tħabbret il-mewt tad-Deluxe qalu lil Talk.mt li hemm possibilità kbira li huwa tilef ħajtu qabel ma seħħ l-inċident minħabba kundizzjonijiet mediċi li kien isofri minnhom fil-passat.

L-inċident seħħ fi Triq Gorg Borg Olivier, ir-Rabat, fejn ir-raġel kien qed isuq karozza tal-għamla Skoda Rapid u għal xi raġuni tilef il-kontroll u ħabat ma’ żewġ vetturi, sakemm imbagħad baqa’ dieħel f’faċċata ta’ dar.

Sport